Ġiet imnedija l-finali tal- B.O.V. Tazza l-Kbira 2024. Din hija d-90 edizzjoni ta’ dan it-trofew tant prestiġjuż.
Il-finali tal-BOV Tazza l-Kbira, din is-sena se ssir nhar il-Ħadd 21 ta’ April, waqt id-dsatax -il meeting tal-istaġun.
Mit-tnax -il parteċipant, Crack Money se jkun qed jipprova jirbaħ dan lp-unur għat-tieni darba wara li kien rebaħ is-sena l-oħra. Il-ħdax -il parteċipanti l-oħra se jkunu qed jimmiraw li jirbħu l-unur għall-ewwel darba.
Is-sur Charles Azzopardi f’isem l-isponsor, tenna l-kontribut u is-sostenn tal-Bank Of Valletta fil-kamp sportiv ġewwa pajjiżna u allura għall darb’oħra il-B.O.V. żamm l-appuntament tiegħu sabiex jagħti is-sostenn tiegħu għall din l-edizzjoni.
Kummenti ukoll lill-propjetarji u parteċipanti ta’ din is-sena waslu mill-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Equidrome Dr. Matthew Brincat u l-Viċi Chairman tal-Malta Racing Club is-sur Tony Demanuele li xtaqu l-isbaħ xewqat għal tiġrija mill-isbaħ u spettakolari kif jixraq lill dan l-aktar trofew prestiġjuz fit-trott Malti.
Il-Polza tat-tluq telgħet billi is-sur Charles Azzopardi f’isem l-isponsor tella’ l-ismijiet taż-żwiemel u il-propjetari taż-żwiemel tellgħu l-polza għan-numru. Il-lista tal-parteċipanti taqra hekk;
No.1 – MAC SMILEY
No.2 – DANDY DE GODREL
No.3 – CAPRICE DE COSSE
No.4 – DRAGSTER DE BOMO
No.5 – ESPOIR D’ELPHIGNY
No.6 – CRACK MONEY
No.7 – VELVET GIO
No.8 – EROS DU FOSSE
No.9 – AKELA PLAY
No.10 – ESTOURNEL MOURIEZ
No.11 – DREAMER BOY
No.12 – ETNA DU LUPIN
Il-parata taż-żwiemel parteċipanti ser titmexxa mir-rebbieħ tas-sena 2022, Charming Soldier.