Iron de Ginai rebaħ il-finali tal-Kampjonat Bavaria għall-Klassi Gold li saret il-Ħadd wara nofs-in nhar fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Iron de Ginai kien misjuq minn Charles Degiorgio u kellu ħin ta’ 1’14″5/km fuq distanza ta’ 2640metru.
Wara l-finali saret il-preżentazzjoni mis-sur Mark Farrugia f’isem General Soft Drink Ltd, lil Juan Paul Vella, is-sid taż-żiemel rebbieħ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI



