Raġel ta’ 39 sena minn San Pawl il-Baħar ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammetta li misapproprja eluf ta’ ewro permezz ta’ cheque book li sab f’ karozza mislufa lura fl-2013.
Konrad Cassar ammetta għall-akkużi ta’ misapproprjazzjoni, frodi u użu ta’ dokumenti foloz u li kkommetta reat waqt li kien fuq libertà proviżjora.
Mis-smiegħ tax-xhieda irriżulta li Scicluna kien issellef il-vann ta’ Carmelo Abela u Antonia Scicluna waqt li kienu imsefrin għal xahar biex isuq kuljum għall-visti tal-isptar. Fil-vann l-akkużat, sab cheque book li uża biex joħroġ dsatax-il ċekk għalih innifsu u li b’kollox ammontaw għal erbat elef, mitejn u sittin ewro.
Fl-għotja tal-piena, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera innotat li l-akkużat kien diġa akkużat b’ sitt reati oħra, fosthom serq għaldaqstant ordnat sentenza priġunerija filwaqt li talbet lid-direttur tal-ħabs jassisti lir-raġel biex jegħleb il-vizzju tad-droga.