Żvilupp kontroversjali fir-Renju Unit kien dak li jippermetti li jiġu konċeputi trabi minn żewġ nisa u raġel wieħed, ġie approvat mir-regolatur tal-fertilitá fir-Renju Unit.
L-għan wara dan l-iżvilupp huwa li ma jitwieldux aktar trabi b’ mard ġenetiku terminali. It-tobba f’Newcastle, żvilluppaw proċess aktar avvanzat tal-IVF u huma mistennija li jkunu l-ewwel tobba li joffru dan il-proċess u appellaw għal bajd li jingħata b’donazzjoni. Huwa mistenni li sal-aħħar tal-2017, titwieled l-ewwel tarbija konċeputa minn żewġ nisa u raġel.
Il-punt ta’ kontroversja f’dan il-proċess tal-IVF kien li numru ta’ familji tilfu t-tfal tagħhom hekk kif żvilluppaw dawk li huma msejħa bħala mitochondrial diseases, li jistgħu jħallu persuna mingħajr l-enerġija neċċessarja biex il-qalb tibqa’ tħabbat. Din il-kundizzjoni tiġi trasmessa mill-omm u għalhekk dawn it-tobba żvilluppaw proċess li fih tintuża kemm il-bajda tad-donatur, il-bajda tal-omm u l-isperma tal-missier.
Trabi li jitwieldu minn dan il-proċess avvanzat ta’ IVF se jkollhom ftit mid-DNA tad-donatur, iżda l-proċedura hija waħda legali u studjata xjentifikament.