Il-kumpanija ġganteska tal-ajruplani, Airbus, żvelat il-pjanijiet tagħha għall-ewwel ajruplani kummerċjali li ma jniġġsux – l-hekk imsejħa zero-emission. Il-kumpanija qalet li l-ajruplani mimlija bl-idroġenu, jistgħu joperaw sa mis-sena elfejn u ħamsa u tletin.
Fil-pjanijiet tal-kumpanija bi tliet disinji ewlenin, dawn l-ajruplani jistgħu jġorru sa mitejn passiġġier għal aktar minn elfejn mil.