Il-Malta International Airshow jirritorna din is-sena.
Ftit tal-ħin ilu ġie żvelat li l-wirja mill-art se tkun f’żewġ postijijet: il-park tal-avjazzjoni f’Ħal Safi, u f’Ħal Farruġ. Il-wirja fl-ajru tista’ titgawda mill-kosta ta’ San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħafna huma dawk li qed jistennew il-Malta International Airshow wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija. Dilettanti tal-avjazzjoni minn madwar id-dinja kollha se jinġabru għal dan l-avveniment li se jsir fit-23 u l-24 ta’ Settembru.
Min jattendi għandu jistenna wirja ta’ manuvri aerobatiċi u wirjiet statiċi li jiġbru wħud mill-aktar ajruplani impressjonanti fid-dinja.



Ritratt Ewlieni: Rene Folvarcny