Il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, li se jsir f’Liverpool, se jkollu s-slogan “United in Music”, ċioe Magħqudin fil-Mużika. Il-viżwal li jakkumpanja dan l-islogan juri qlub iħabbtu flimkien.
Skont il-BBC, dan l-islogan “jirrifletti l-oriġini stess tal-konkors”, li kien inħoloq bħala esperiment tax-xandir, biex jgħaqqad lil diversi pajjiżi l-Ewropa flimkien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-avveniment ta’ din is-sena se jsir fir-Renju Unit għax huwa perikoluż wisq li jsir fl-Ukrajna, li rebħet fl-2022.
Il-bnadar taż-żewġ pajjiżi ntużaw bħala ispirazzjoni għall-iskema tal-kuluri tal-materjal viżwali.