Fadal inqas minn ġimgħa għall-MFPA Awards 2025 u l-finalisti fid-diversi kategoriji issa huma magħrufa. L-attenzjoni kollha tkun iffukata fuq il-wirjiet u l-kisbiet tal-iktar plejers li spikkaw matul l-istaġun 2024-25 waqt dan l-avveniment annwali organizzat mill-Malta Football Players Association, li din is-sena se jsir fit-12 ta’ Mejju f’lukanda ewlenija f’Għajn Tuffieħa.
B’kollox se jiġu ppreżentati 36 unur matul is-serata, fosthom il-11-il plejer li ser jiffurmaw l-MFPA Best XI kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, flimkien maż-żewġ unuri l-aktar prestiġjużi – il-MFPA Best Player għan-nisa u għall-irġiel.
Ir-rebbieħ/a tal-MFPA Merit Award, mogħti lill-plejer jew personalità fil-futbol li ta jew tat kontribut eċċezzjonali lil-logħba tal-futbol matul il-karriera, jitħabbar matul is-serata.
Carlo Mamo, is-Segretarju Ġenerali tal-MFPA, qal: “L-MFPA Awards huma ċelebrazzjoni tal-kisbiet tal-plejers tal-futbol li huma fiċ-ċentru tal-missjoni tagħna. Aħna sodisfatti li l-popolarità ta’ dan l-avveniment annwali kibret b’mod sinifikanti fis-snin riċenti, kif rifless ukoll miż-żieda fil-parteċipazzjoni fil-proċess tal-votazzjoni.
“Din is-sena se naraw l-introduzzjoni ta’ żewġ unuri ġodda, wieħed għall-aqwa plejer tal-Amateur League 2 u l-ieħor għall-aqwa kowċ fil-kampjonat tan-nisa. Dan tal-aħħar għandu sinifikanti partikolari għaliex issa ksibna parità fir-rappreżentanza tal-unuri għall-futbol tal-irġiel u tan-nisa, li tfisser li l-kategoriji kollha tal-futbol tan-nisa kif ukoll il-kowċis issa huma koperti.
Il-finalisti huma dawn:-
MFPA MEN’S BEST XI (1-4-3-3)
Goalkeepers: Emeka Kelvin Agu (Sliema Wanderers), Henry Bonello (Ħamrun Spartans).
Left-Backs: Leandro Aguirre (Marsaxlokk), Myles Beerman (Sliema Wanderers).
Right-Backs: Joseph Mbong (Ħamrun Spartans), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana).
Centre-Backs: Gustavo Alcino (Sliema Wanderers), Jean Borg (Sliema Wanderers), Oualid El Hasni (Floriana), Gabriel Mentz (Gżira United).
Midfielders: Prince Afriyie (Mosta), Khevin Fraga (Hibernians), Mattias Garcia (Floriana) Bjorn Kristensen (Hibernians), Alexander Satariano (Birkirkara), Dunstan Vella (Floriana).
Forwards: Thaylor Aldama (Gżira United), Mohamed Awad (Sliema Wanderers), Alex Gomes (Marsaxlokk), Maxuell Maia (Birkirkara), Yuri Messias (Marsaxlokk), Franklin Sasere (Floriana).
MFPA MEN’S BEST PLAYER – nominati l-plejers kollha li se jkunu qed jiffurmaw l-aqwa 11
MFPA MEN’S BEST YOUNG PLAYER – Alexander Satariano (Birkirkara), Sven Xerri (Ħamrun Spartans), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana).
MFPA BEST COACH – Darren Abdilla (Floriana), Stefano De Angelis (Birkirkara), Paul Zammit (Sliema Wanderers).
MFPA WOMEN’S BEST XI (1-4-3-3)
Goalkeepers: Patricia Araujo Da Silva (Swieqi United), Patricia Ebejer (Mġarr United).
Left-Backs: Yanina Mendez (Mġarr United), Emma Xuereb (Swieqi United).
Right-backs: Rebecca Bajada (Mġarr United), Jade Schembri (Swieqi United).
Centre-Backs: Leanne Cefai (Mġarr United), Natalee Grace Geren (Hibernians), Rafanny Andreina Mendoza (Swieqi United), Charlene Zammit (Birkirkara).
Midfielders: Luana Cabral (Birkirkara), Michaela Cachia (Swieqi United), Tourki Chaimaa (San Ġwann), Amber Grech (Mġarr United), Nicole Sciberras (Hibernians), Shona Zammit (Swieqi United).
Forwards: Karima Abdulai (Swieqi United), Salamatu Abdulai (Swieqi United), Erica Bispo (Birkirkara), Alexis Veronica Espitia (Hibernians), Hailey Russell (San Ġwann), Valeria Villegas Caly (Mġarr United).
MFPA WOMEN’S BEST PLAYER – nominati l-plejers kollha li se jkunu qed jiffurmaw l-aqwa 11
MFPA WOMEN’S BEST YOUNG PLAYER – Michaela Cachia (Swieqi United), Yulya Carella (Mġarr United), Nicole Sciberras (Hibernians).
MFPA WOMEN’S BEST COACH – Kenneth Costantino (Hibernians), Dorianne Theuma (Swieqi United), Ryan Vella (Mġarr United).
MFPA CHALLENGE LEAGUE
Goalkeepers: Timothy Aquilina (Valletta), Reeves Cini (Pietà Hotspurs), Andreas Vella (Tarxien Rainbows).
Defenders: Darren Borg (Żurrieq), Neil Micallef (Valletta), Juan Pablo Morales (Swieqi United).
Midfielders: Jake Azzopardi (Valletta), Thomas Melillo (Pietà Hotspurs), Brandon Paiber (Valletta).
Forwards: Sulahmana Bah (Żurrieq), Andrei Ciolacu (Valletta), Duvan Torres (Żebbuġ Rangers)
MFPA BEST OVERALL CHALLENGE LEAGUE PLAYER – nominati l-erba plejers nominati fil-kategorija Challenge League
MFPA BEST AMATEUR LEAGUE 1 PLAYER – Julian Azzopardi (Birżebbuġa St Peter’s), Godwin Emmanuel (Vittoriosa Stars), Ricardo Velasquez (San Ġwann).
MFPA BEST AMATEUR LEAGUE 2 PLAYER – Rondinely Monteiro (Victoria Hotspurs), Andres Tenorio (Mqabba), Timothy Thomas (Kalkara).