Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qiegħed taħt pressjoni akbar wara rivelazzjonijiet ta’ atti sesswali fil-Parlament minn membri tal-Gvern tiegħu. Fi stqarrija huwa qal li jinsab ixxukkjat u diżgustat b’filmati li ħarġu fil-pubbliku li juru mara tiġi stuprata fil-binja tal-Parlament.
Din l-kriżi politika ħarġet fil-beraħ wara Brittany Higgins allegat li kienet vittma t’abbuż minn kollega f’uffiċċju lura f’Marzu tal-2019. Dan żvelatu għalkemm kienet taħt pressjoni biex ma tersaqx għand l-awtoritajiet b’dan.
L-aħħar żviluppi jinkludu filmati meħuda sentejn ilu, mxerrda min ex-impjegat tal-Gvern stess. Barra min hekk, ġie allegat li saħansitra kien hemm prostituti involuti f’dawn l-atti.
Dan kollu kien deskritt bħala kultura fejn l-irġiel jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu.
Scott Morrison saħaq li l-Kamra tar-Rappreżentanti għandha tgħolli l-livell tagħha u dan għandu jsir mingħajr indħil partiġġjan.