Dokumenti tal-Pentagon li ġew żvelati b’mod misterjuż għall-pubbliku, jagħtu wieħed x’jifhem li l-Istati Uniti spijjaw fuq is-Segretarju Ġenerali tan-Nazjunijiet Uniti, Antonio Guterres.
Dan hekk kif skont l-Istati Uniti, Guterres huwa wisq komdu li jakkomoda interessi Russi.
Id-dokumenti juru osservazzjonijiet li għamel Guterres dwar il-gwerra fl-Ukrajna u numru ta’ mexxejja Afrikani.
F’dokument minnhom, Guterres ġie nnutat li ried iżomm ftehim sabiex jiġu esportati l-qmugħ barra mill-Ukrajna, fid-dawl ta’ kriżi tal-ikel li kienet se tinħoloq kieku dan il-ftehim ma seħħx.
B’rabta ma’ dan, uffiċċjal għoli tan-Nazjonijiet Uniti stqarr li Guterres ried jimmitiga l-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna fuq l-aktar pajjiżi foqra fid-dinja.
Intant, l-Istati Uniti għadhom qed jippruvaw isibu s-sors ta’ dawn id-dokumenti sensittivi li ġew imxandra mal-pubbliku, u ddeskriviet din l-azzjoni bħala waħda perikoluża għas-sigurtà nazzjonali.