Il-gazzetta KullĦadd żvelat imejls li juru kif il-kandidat Nazzjonalista, Salvu Mallia, ħoloq terromot lill-Kap tal-PN Simon Busuttil. Jirriżulta bil-provi li -attitudni tiegħu fil-PN qed tkun deskritta bħala mhux aċċettabbli u saħansitra, tgħid il-KullĦadd, hemm żewġ membri tal-amministrazzjoni Nazzjonalista li ddikjaraw bil-miktub li jaħsbuha hekk.
L-email żvelat huwa wieħed minn fost dawk mibgħuta minn membri minn kumitati sezzjonali li qed jesprimu l-istess fehma.
Id-diskors u l-attitudni ta’ Salvu Mallia qed ikunu deskritti bħala mhux etiċi u saħansitra hemm min qed jgħid li jirriżenja jekk ma titteħidx azzjoni. Quddiem dan it-taqlib ġdid u saħansitra pressjoni biex il-kandidatura ta’ Mallia tkun irtirata, Simon Busuttil qed jibqa’ jgħid li Mallia għandu l-appoġġ kollu tiegħu.