Dokument intern tal-Partit Popolari Ewropew, l-EPP ġie żvelat mis-sit awtorevoli Politico u wera l-mod kif dan il-partit Ewropew, li fih huwa msieħeb il-Partit Nazzjonalista, qed jikkontrolla l-Ewroparlamentari tiegħu.
Dan billi juża tattiċi ta’ kontroll u pressjoni biex jiżgura li l-Ewroparlament tal-EPP jaġixxu skont l-ordnijiet tal-partit.
Dan id-dokument għandu l-firma tal-Kap tal-EPP, Manfred Weber, li jgħid li wieħed ikollu konsegwenzi serji jekk ma jobdux mal-linja uffiċjali tal-partit.
Dawn il-konsegwenzi jinkludu li jiġu ċċensurati jew esklużi mid-dibattiti parlamentari, li jitilfu il-pożizzjonijiet f’kumitati importanti u saħansitra li jiġu mwarrba kompletament.
B’dan juri li l-EPP mhux partit demokratiku, iżda magna ta’ kontroll li tiddettah il-mod kif il-membri tiegħu għandhom jaġixxu.
Filwaqt li l-Parlament Ewropew huwa suppost post ta’ djalogu u libertà tal-espressjoni, l-EPP qed iħaddan politika ta’ intimidazzjoni biex jagħlaq ħalq dawk li ma jimxux mil-linja tiegħu.