Al Hilm li bl-Għarbi tfisser Il-Ħolma, se jkun il-ballun uffiċjali li se jintuża fis-semifinali u l-finali ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.
Bħall-ballun Al Rihla, Al Hilm se jkollu fih il-Connected Ball Technology, li kienet sistema ferm effiċjenti sabiex tgħin fid-deċiżjonijiet li tittieħdu mis-semi-automated offside technology. Id-data li qed tinġabar matul din il-kompetizzjoni permezz tal-Video Match Officials u l-IMU sensors li jinsabu fil-ballun qed tagħti riżultati eżatti.
Al Hilm ġie ddisinjat b’dehra ambjentali fil-qalba tiegħu bl-użu ta’ inka ibbażata bl-ilma u kolla. Huwa fuq stil lewn id-deheb, b’disinji triangolari ispirati mid-deżert li jdawwar il-belt ta’ Doha, il-kuluri tat-Tazza tad-Dinja u l-bandiera tal-Qatar.
Fi kliem Nick Craggs, General Manager ta’ Adidas Football, Al Hilm juri l-qawwa tad-dawl, tal-futbol u tal-isport li jgħaqqdu d-dinja. Huwa awgura lit-timijiet kollha involuti fl-aħħar stadju tal-aktar kompetizzjoni tal-futbol segwita fid-dinja.
Ritratt: adidas