Żvediż ta’ wieħed u għoxrin sena, li joqgħod is-Swatar instab ħati li seraq minn karozza u li għamel ħsara fuq l-stess karozza.
Il-kaz ġara fl-għoxrin ta’ Mejju li għadda, fl-erbgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Baltiku San Ġiljan.
Il-ġuvni li qabel ma wettaq dan ir-reat kellu kondotta nadifa, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Bil-Maġistrat Yana Micallef Stafrace sabet liz-zgħazugħ ħati. Huwa ġie kkundannat sena ħabs, sospizi għal sentejn.