Żurrieq Wolves kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Luxol 4-1 u kiseb double fuq l-istess avversarji.
Iż-Żrieraq kienu motivati sabiex jiksbu l-massimu minn din il-partita wara sensiela ta’ riżultati mhux daqstant pożittivi. Fuq kollox huma kellhom lill-goalkeeper David Farrugia li laqa’ dak kollu li ġie għal idejh sabiex żamm lit-tim tiegħu fil-logħba.
Żurrieq fetħu vantaġġ doppju wara gowls ta’ Brian Axisa u Josef Vassallo. Ftit minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Luxol ingħataw penalty li ġie skorjat minn Manolito Micallef iżda Żurrieq reġgħu żiedu l-vantaġġ b’gowl tajjeb ta’ Alex Abdilla. Fit-tieni taqsima, il-Wolves issiġġillaw ir-rebħa permezz ta’ Clarence John Thompson li wara li rċieva tajjeb minn Robert Zammit xeħet f’lasta vojta. Skor finali: Luxol 1 Żurrieq 4
Referee kien Reno Galea.
KLASSIFIKA – VMFA Cisk Championship Pool
MFPA 35, Gżira United 31, Birkirkara St Helen’s 29, Hibernians 19.
KLASSIFIKA – VMFA Cisk Challenge Pool
Luxol, Rabat 17, Żurrieq Wolves 6.