Żurrieq FC rebħu n-National Amateur League meta fid-decider għar-rebħ tal-Kampjonat għelbu lill-Attard FC 2 – 1.
Kien Nigel Attard li fil-21 minuta poġġa lill-Attard fil-vantaġġ iżda għaxar minuti wara Adrian Caruana għamel kollox indaqs.
Il-partita baqet f’parita ta’ 1 – 1 kważi sat-tmiem tant li kollox deher destinat għal ħin barrani sakemm żewg minuti mit-tmiem Ivan Bojovic żewġ minuti mit-tmiem skorja l-gowl tar-rebħa għaż-Żurrieq.
Ritratt: Żurrieq FC