Reġgħet waslet iż-Żejtun Band Fest, attività annwali fil-pjazza ewlenijja taż-Żejtun nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru. Din l-attività organizzata mill-Għaqda Banda Żejtun u li ta’ kull sena toffri spettaklu kbir ta’ mużika, kant u żfin.
Din is-sena l-ispettakklu se jkun akbar minn qatt qabel fejn se jieħdu sehem l-aqwa talent lokali, fosthom Destiny Chukunyere, Ludwig Galea, Priscilla u Chiara flimkien mal-Band popolari ta’ Spiteri Lucas.Waqt din l-attività se jingħata rikonoxximent lil Żwieten li kisbu suċċessi tul din is-sena. Id-dħul huwa b’xejn u kull min ser jattendi mhux biss ser igawdi min spettaklu kbir iżda se jkun jista’ jsib diversi stands ta’ ikel, xorb u ħelu varjat.
Bħal kull sena din l-attività tiftaħ l-attivitajiet kollha li l-Għaqda Banda Żejtun ser toffri matul it-tmiem il-ġimgħa ta’ Żejt iż-Żejtun. Fil-jumejn ta’ wara, is-Sibt 29 u l-Ħadd 30 ta’ Settembru l–istess Għaqda Banda Żejtun se torganizza diversi wirjiet fis-swali tal-każin.