Il-fundatur ta’ Facebook, Mark Zuckerberg ċaħad l-allegazzjonijiet ta’ Donald Trump li is-sit dejjem ħadem kontrih.
Fuq Twitter, il-President Amerikan akkuża lil Facebook b’konfoffa u ddeskriviha bħala kontra Trump.
Huwa għamel l-istess allegazzjonijet fuq in-New York Times u Washington Post.
Facebook dalwaqt se jkun qed jagħti aktar minn tlett elef riklam politiku lill-investigaturi tal-Kungress Amerikan li qed jinvestigaw l-allegazzjonijiet ta’ indħil mir-Russja fl-elezzjoni presidenzjali li għaddiet.
Is-sit ta’ Facebook jemmen li dawn ir-riklami probabilment inxtraw minn entitajiet Russi waqt u wara l-elezzjoni. Facebook, Twitter u Google ntalbu jixhdu quddiem is-Senat Amerikan fl-ewwel ta’ Novembru li ġej dwar l-allegazzjonijiet ta’ interferenza Russa.