Il-fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerberg, iżjed tard illejla se jkun fil-Parlament Ewropew għal laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u t-tmexxija tal-partiti politiċi. Il-laqgħa mistennija tibda fis-18:20 u se tinkludi lil-President u r-Rapporteur tal-Kumitat Parlamentari tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Affarijiet tal-Intern.
Din il-laqgħa se sseħħ fl-istess ġimgħa li r-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni Ġenerali tad-Data se jidħol fis-seħħ. Dan se jwassal għal standards ġodda dwar il-privatezza tad-data ta’ konsumaturi.
Il-President Tajani se jkollu laqgħa bilaterali ma’ Zuckerberg ftit tal-ħin qabel.