Ir-residenti li joqogħdu fi triq Ħal Millieri u ż-żona magħrufa bħala tal-Bebbux fiż-Żurrieq qegħdin joġġezzjonaw għal applikazzjoni ta’ żvilupp li tinkludi supermarket, u parkeġġ ta’ żewġ sulari fuqu.
Fi stqarrija ntqal li dan l-iżvilupp huwa propost fuq żona barra miż-Żvilupp u li għandha tinżamm protetta minn kull tip ta’ żvilupp. Din l-art bħalissa tipprovdi spazju miftuħ għar-residenti u jridu li tibqa kif inhi.
Ir-residenti qegħdin jitolbu li din l-applikazzjoni għandha tigi miċħuda immedjatament ladarba l-iżvilupp huwa propost fuq art ODZ.
Ir-residenti għamlu enfasi dwar diversi fatturi u inkonvejnenzi li jista’ joħloq dan l-iżvilupp fosthom it-traffiku, tniġġis u storbju għar-residenti.
Ir-residenti appellaw lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tirrifjuta din l-applikazzjoni u lill-kunsill Lokali taż-Żurrieq sabiex joġġezzjonaw.