Fil-Qorti, missier Charlene Farrugia, John Farrugia qal li sar jaf li nstabu l-fdalijiet ta’ bintu, l-għada li fl-Art Imqaddsa żar il-qabar ta’ Kristu.
Missierha xehed kif darba Charlene ċemplitlu u qaltlu li arrestawha flimkien mal-eks sieħeb tagħha Jonathan Attard u talbitu biex jara kif se se jagħmel sabiex jieħdu l-ħelsien mill-arrest.
John Farrugia xehed kif darba minnhom xtrawlha xirja, iżda oħt Attard ċemplet tistaqsi għal Charlene għax ħadd ma kien mar jiġbor lit-tfal.
Qal kif hu u martu marru jfittxu lil Charlene għax l-aħħar li raha kien għand ħanut tal-merċa fil-Qawra, iżda la nstabet hemm u lanqas il-karozza tagħha ma dehritx.