Tobba tal-Ġnus Magħquda ngħataw l-aċċess għall-Kumpless Mediku ‘Nasser’, jumejn wara li truppi Iżraeljani wettqu rejd fih wara li allegatament, irċevew informazzjoni li qed jinżammu l-ostaġġi f’dan l-isptar.
Filmati li ttieħdu fuq ġewwa tal-kumpless juru ħaddiema mediċi jevakwaw lill-pazjenti bit-torċijiet u fi sfond ta’ ħsarat kbar fil-faċilità. Tabib tal-Ġnus Magħquda ddeskriva x-xena bħala “żona tal-mewt”.
Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaza, immexxi mill-Hamas, qal li erbatax-il pazjent ġew trasferiti lejn sptarijiet oħra.
Il-Militar Iżraeljan qal li ħadd ma miet b’dawn l-azzjonijiet.