Art abbandunata fl-Imsida se tinbidel f’ żona ta’ rikreazzjoni fil-qalba tal-lokalitá. Din il-pjazza se jkun jista’ jgawdi minnha l-pubbliku fi Triq l-Irmiġġ. Ix-xogħlijiet fuq dan is-sit bdew f’Diċembru li għadda u mistennija jitlestew f’April li ġej.
Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €120,000, biex b’hekk dik li kienet art ma tintużax issa se tinbidel f’art li minnha jistgħu jagħmlu użu r-residenti, l-familji u t-turisti. Liema pjazza se tkun ukoll qed issebbaħ din iż-żona, żona li fiha se jiġu installati bankijiet, dwal ġodda u ġibjun fost oħrajn. L-ilma tal-ġibjun se jkun qed jintuża biex jissaqqew l-imsaġar u pjanti tal-istess pjazza.