Ġiet inawgurata żona ta’ żbark għas-sajjieda fil-Marsa, mis-Segretaru Parlamentari Roderick Galdes. Din tista’ titqies bħala estensjoni tal-pixkerija l-ġdida, peress li amministrazzjoni preċedenti kienet għażlet pixkerija mingħajr aċċess għall-baħar.
L-investiment huwa ta’ ftit aktar minn kwart ta’ miljun ewro bi €80,000 minnhom huma fondi Ewropej. Il-binja tinkludi uffiċċju għd-dipartiment tas-sajd, coldroom, u post minn fejn sajjieda se jkunu jistgħu jieħdu provista ta’ dawl u ilma.