Żona Dinjija huwa l-programm li ONE ser ikun qed iwassal ta’ kuljum, kemm fuq it-televizjoni u anke fuq ir-radju matul il-jiem tat-tazza tad-dinja.
Il-program tat-televizjoni ser ikun qed jixxandar ta’ kuljum mill-Ħadd 20 ta’ Novembru sal-għada tal-finali tal-istess kompetizzjoni bejn is-18.45 u s-19.20. Numru ta’ preżentaturi ser ikunu qegħdin jippreżentaw dan il-programm, ewlenin fosthom Clinton Buhagiar, Mirana Silvio, Stephen Azzopardi u Mario Saliba.
Żona Dinjija ser ikun qed jiddiskuti u jannlizza l-partiti, l-aħħar aħbarijiet li joħorġu ta’ kuljum kif ukoll kurżitajiet. Numru ta’ analisti ser ikunu ta’ kuljum qed jingħaqdu mat-tim tal-isport ta’ ONE fosthom Alfred Attard, Johann Scicluna, Silvio Vella, Pierre Brincat, Mark Marlow u Kevin Mifsud sabiex janalizzaw il-partiti b’mod tekniku.
L-istess analiżi ser tkun qed isir fuq ir-radju ta’ kuljum bejn is-19.30 u t-19.50 b’diversi kollegamenti barra mill-studio ma’ diversi partitarji u segwaċi tal-futbol internazzjonali. Albert Pace Taliana, Mario Saliba, Stephen Azzopardi u Cristian Muscat ser ikunu l-preżentaturi ewlenin ta’ dawn il-programmi fuq ir-radju.