Ilbieraħ filgħaxija, Transport Malta xandret riklam ġdid, bħala parti mill-kampanja ‘Rispett fit-Triq. Il-kampanja mnedija x-xahar li għadda fiha bosta fażijiet u se tkompli fil-ġimgħat li ġejjin. Il-messaġġi tal-kampanja qed jixxandru fuq it-televiżjoni, fuq is-siti soċjali u jinstemgħu fuq l-istazzjonijiet tar-radju.
Transport Malta u l-Malta Road Safety Council nedew kampanja edukattiva biex ikabbru l-għarfien fuq is-sigurta’ fit-toroq. Il-kampanja se tiffoka fuq bosta temi fil-ġimgħat li ġejjin bl-għan li ttejjeb il-livell tas-sewqan tagħna u tagħmel it-toroq Maltin iktar siguri.
Fi stqarrija Transport Malta għamlet referenza ukoll għat-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika fuq is-sistema tal-punti għas-sewwieqa kollha u stqarret li dan huwa pass ieħor biex ikollna aktar sigurta’ fit-toroq Maltin.
Il-kampanja ‘Żomm għajnejk fuq it-triq’ għandha l-għan li żżid l-għarfien fuq il-konsegwenzi ta’ meta tuża l-mobile waqt li ssuq.