L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar li ta lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela fil-Mosta, fejn spjega lill-kunċett ta’ ħlas ugwali għall-istess xogħol se jiġi estiż għas-settur privat.
Fi stqarrija, din l-organizazzjoni spjegat li din l-estensjoni se twassal biex il-ħaddiema jgawdu mill-istess drittijiet fil-post tax-xogħol, irrelevanti mill-ġeneru, kuntratt jew nazzjonalità.
Fil-Mosta, il-Prim Ministru spjega li fi żmien li ġej, se jkunu qed jidħlu fis-seħħ bidliet fil-liġi biex il-ħaddiema tal-kuntrattur fil-privat, il-privat jibdew jitħallsu b’mod ugwali għall-istess xogħol li jagħmlu l-ħaddiema li jaħdmu direttament mal-post tax-xogħol.
L-organizazzjoni sostniet li l-infurzar ta’ din il-liġi għanda tiġi mħaddma mill-awtoritajiet kompetenti b’qafas regolatorju b’saħħtu.