Fi stqarrija mill-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista intqal li jkun iktar għaqli li ż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista jistaqsew lil Bernard Grech għaliex qed joffri maħfra lill-allegat qattiel ta’ Daphne Caruana Galizia, milli ippersistew fil-gideb ta’ dawk li għadhom ma fehmux li biex tiskonġra trid tkun pur.
Dan qaluh b’reazzjoni għall-konferenza li dalgħodu għamlu ż-żgħażagħ Nazzjonalisti barra l-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista.