Nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tistiednek għal Open Day li se ssir fis-sit arkeoloġiku Tas-Silġ, f’Marsaxlokk. Sa mill-1963, dan is-sit ġie skavat mill-Missione Archeologica Italiana, u dan l-avveniment qed joffri opportunità esklussiva lill-pubbliku biex jiskopri aktar dwar dan is-sit permezz ta’ żjarat bi gwida mal-membri tal-Missione.
Sa mill-ewwel skavi arkeoloġiċi li twettqu fis-sittinijiet u fis-sebgħinijiet mill-Missione Archeologica Italiana, kien evidenti li dan is-sit kellu valur arkeoloġiku sinifikanti. L-investigazzjonijiet arkeoloġiċi sistematiċi li bdew isiru, bdew jikxfu fdalijiet ta’ strutturi ta’ tempju li kien ikopri diversi perjodi, li jibdew miż-żmien Neolitiku, jimxu għal żmien il-Feniċi, imbagħad għal dak Puniku, u eventwalment, anki għall-perjodu Repubblikan Ruman Tardiv.
Min-naħa l-oħra, l-istudji li saru mid-Dipartiment tal-Istudji Klassiċi u l-Arkeoloġija tal-Università ta’ Malta, li twettaq fin-naħa tan-nofsinhar tas-sit prinċipali, wassal għall-iskoperta ta’ ammont sostanzjali ta’ fdalijiet tal-fuħħar, flimkien ma’ għadd ta’ għadam tal-annimali.
Din l-Open Day qed tittella’ b’kollaborazzjoni mal-Missione Archeologica Italiana, l-Ambaxxata tal-Italja f’Malta, u l’Istituto Italiano di Cultura.
Programm taż-żjarat:
09.00am – Żjara bl-Ingliż
10.00am – Żjara bl-Ingliż bi traduzzjoni Maltija
11.00am – Żjara bit-Taljan
Nofsinhar – Żjara bl-Ingliż
Parteċipazzjoni bla ħlas. Ħin: mid-9.00am sas-1.00pm
Għal aktar tagħrif, żur is-sit www.heritagemalta.org