Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia żar ix-xogħlijiet li bdew fuq il-pitch tal-Klabb tal-Boċċi f’Ħaż-Żabbar li qed isir b’investiment ta’ madwar €50,000.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost l-oħrajn, dan il-proġett se jara t-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tat-taraġ li jdawwar il-pitch tal-boċċi filwaqt li se jinxtraw seats ġodda u moderni.
Se jinbidel il-fencing tad-dawra kollha, l-istrutturi tal-injam eżistenti u se jinħadem railing ġdid tal-azzar mal-perimetru kollu.
Barra minn hekk, se jsiru diversi xogħlijiet oħra bħal kisi u żebgħa mal-kumpless kollu sabiex id-dilettanti jkollhom post kif jixraq fejn jiltaqgħu u jipprattikaw id-delizzju tagħhom.