Fi żjara fl-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika, il-membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat ippreżenta lill-Awditur Ġenerali Charles Deguara kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea kif ukoll rapport maħruġ dan l-aħħar dwar l-immigrazzjoni.
Dan ir-rapport sar mit-tim immexxi minn Leo Brincat u ta ħarsa estensiva, fost l-oħrajn, lejn żoni li jintlaqtu mill-immigrazzjoni.
Brincat appella biex il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika jadħmu flimkien biex jindirizzaw problemi u kwistjonijiet li jolqtu liċ-ċittadini tagħna.
Min-naħa tiegħu, l-Awditur Ġenerali għal darb’oħra saħaq li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huwa impenjat li jibqa’ jaħdem f’koperazzjoni sħiħa mal-Qorti Ewropea li għandha funzjoni tant importanti biex jiġi assigurat l-aktar użu effiċjenti u effettiv tal-fondi użati mill-Kummissjoni Ewropea u entitatjiet oħra.
Ritratti – DOI/NAO