Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, attendiet għal ħarġa li għaliha attendew madwar sebgħin pazjent tal-isptar Monte Carmeli.
L-istess pazjenti ttieħdu f’Malsalforn u Ta’ Pinu sabiex ikunu jistgħu jaraw il-mosaic il-ġdid li sar fejn temmew il-ħarġa tagħhom b’BBQ fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.
Il-Ministru rringrazzjat lit-tmexxija u staff tal-isptar Monte Carmeli u wegħdet l-appoġġ tagħha għal attivitajiet simili li jistgħu jiġu organizzati fil-futur.