Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett żar il-lant tax-xogħol waqt l-aħħar fażijiet tal-proġett tal-Għadira.
Flimkien mal-Ministru Bonett kien il-kapijiet eżekuttivi ta’ Transport Malta u Infrastructure Malta.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru Chris Bonett qal li tkellmu mal-ħaddiema u rringrazzjahom, li minkejja l-elementi tat-temp xitwi, baqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom.
Huwa temm jgħid li konxju li hemm ħafna xogħol xi jsir u “konvint li flimkien se nirnexxu.”