Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, illum żar id-djar ta’ Fondazzjoni Nazareth fejn iltaqa’ mal-ħaddiema, residenti u board tad-diretturi. Fondazzjoni Nazareth nfetħet f’1995 b’Dar Nazareth u llum għandha żewġt residenti oħra, Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Jean Vanier. Fihom jilqgħu tmienja w għoxrin resident b’diżabilità bl-assistenza ta’ tletin impjegat.
Anthony Aguis Decelis kellu l-opportunità ukoll jżur workshop fejn ra l-abbiltà tal-persuni b’diżabilità, fejn qasmu diversi esperjenzi varji flimkien. Huwa rringrazzja lil ħaddiema fejn saħaq li grazzi għad-dedikazzjoni tagħhom qedgħin jagħtu servizzi ta’ kwalità lir-residenti. Fl-intervent tiegħu is-Segretarju Parlamentari tkellem fuq il-pjanijiet innovattivi li nistgħu naħdmu flimkien biex ntejjbu l-ħajja tal-persuni b’diżabilità.
Is-Sur Anglu Zahra f’isem il-Fondazzjoni Nazareth irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis għaż-żjara li għamel.