Il-festival internazzjonali tal-Arti għat-tfal u ż-żgħażagħ se jirritorna għas-sitt edizzjoni mill-11 sal-20 ta’ Novembru 2016, bi programm imlewwen ta’ produzzjonijiet internazzjonali tal-għola livell u xogħol lokali.
Il-programm ta’ ŻiguŻajg 2016, se jkollu fih element kontemporanju minn dixxiplini varji bħaż- żfin, film, it-teatru u l-arti viżiva.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici saħaq fuq l-opportunitá li joffri dan il-festival lit-tfal li jesperjenzaw l-arti mill-qrib b’attivitajiet interattivi. Bonnici iddeskriva dan il-festival bħala investiment fil-ġenerazzjonijiet zgħar tagħna. Dan għax permezz tieghu nkomplu nsostnu u nippreservaw il-Kultura Maltija fil-ġenerazzjonijiet iż-żgħar ta’ pajjiżna, filwaqt li dawn ikomplu jkabbru l-għarfien tagħhom.
Huwa mistenni li mal-24,000 viżitatur jattendu dan il-festival annwali.