Fl-aħħar ħin il-Pulizija kienu għaddejjin bi tfittxija mhux tas-soltu hekk kif din it-tfittxija kienet għal żiemel li ħarab lil sidu bis-serkin b’kollox.
Iż-żiemel ħoloq kommossjoni sħiħa fit-toroq tal-Marsa, Ħamrun u l-Belt hekk kif huwa beda jiġri mal-karozzi.
Wara t-tfittxija li saret b’xorti tajba ż-żiemel instab mill-Pulizija f’pompa tal-petrol il-Belt u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Il-Pulizija bħalissa qed tfittex sid iż-żiemel.