Żiemel miet wara li sfratta u baqa’ dieħel f’ġenb ta’ karozza tal-Linja fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ż-żiemel ħarab bil-karozzin, iżda ma kellux kuċċier jew passiġġiera abbord.
Filippina ta’ 38 sena residenti Birkirkara, li kienet passiġġiera fuq il-karozza tal-Linja ttieħdet l-isptar Mater Dei minħabba xokk.
Il-karozza tal-Linja kienet misjuqa minn Filippin ta’ 48 sena residenti Raħal Ġdid.