Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela provda dettalji dwar kemm kienet il-medja ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kull sena mill-2012 sas-sena li għaddiet.
Jirriżulta li kien hemm 12-il priġunier iqas fl-2016 fuq l-2012, l-ammont ta’ priġunieri Maltin naqas bi 33 iżda l-ammont ta’ barranin żdied bi 21 persuna.
Sena | Medja Nazzjonalita Barranija | Medja Nazzjonalita Maltija | Total |
2012 | 203 | 368 | 571 |
2013 | 209 | 372 | 580 |
2014 | 207 | 368 | 575 |
2015 | 202 | 363 | 565 |
2016 | 224 | 335 | 559 |