Matul l-elfejn u ħdax, il-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund qassmet kważi tminn miljun ewro f’għajnuna lil aktar minn ħdax-il elf persuna.
Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Fondazzjoni ngħata rendikont għas-sena finanzjarja tal-Malta Community Chest Fund.
Filfatt matul is-sena li għaddiet il-Malta Community Chest Fund qassam wieħed u sittin fil-mija aktar għajnuna fi flus mis-sena ta’ qabel.
GĦAJNUNA MQASSMA MILL-FONDAZZJONI TAL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
2017: €7.7 MILJUN
+61% FUQ IS-SENA TA’ QABEL
L-assistenza medika lill-Maltin u l-Għawdxin żdiedet għal erbgħa punt erbgħa miljun ewro, żieda ta’ żewġ miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel.
ASSISTENZA MEDIKA
2017: €4.4 MILJUN
2016: €2.4 MILJUN
+€2 MILJUN FUQ IS-SENA TA’ QABEL
Dan filwaqt li l-għajnuna lil persuni b’diżabilità rduppjat matul l-elfejn u ħdax meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
ASSISTENZA LILL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
2017: €560,000
2016: €275,000
L-għajnuna finanzjarja marbuta mal-kimoterapija speċjalizzata u l-mediċini għall-mard kroniku sever flimkien mal-assistenza lill-pazjenti li jkollhom bżonn jirċievu l-kura lil hinn minn xtutna kienet għal kważi sitt miljun ewro.
Żieda ta’ tlieta u sittin fil-mija fuq l-elfejn u sittax.
ASSISTENZA GĦALL-MARD
2017: €5.7 MILJUN
+63% FUQ IS-SENA TA’ QABEL
Dan filwaqt li individwi u istituzzjonijiet oħra rċevew żewġ miljun ewro f’għajnuna.
ASSISTENZA GĦALL-INDIVIDWI U ISTITUZZJONIJIET
2017: €2 MILJUN
Waqt il-laqgħa li fiha ġie ppreżentat ir-rapport finanzjarju awditjat minn KPMG, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca saħqet fuq l-importanza li nagħtu l-għajnuna fil-pront.
Hija rrimarkat li l-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund irnexxielha tnaqqas l-ispiża relatata mal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi b’erbgħa u għoxrin elf ewro.
Il-President stqarret l-apprezzament tagħha għall-poplu li dejjem wera ġenerożità liema bħala.
Sadanittant iċ-Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund spjega kif matul l-elfejn u ġdax ġew approvati mal-elf applikazzjoni b’rabta mal-assistenza medika.