Sa tmiem Marzu li għadda kien hawn kważi 7,000 vettura elettrika u hybrid f’pajjiżna.
Skont statistika uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, meta mqabbel bejn l-ewwel kwart tas-sena u r-raba’ kwart tas-sena l-oħra, kien hemm żieda ta’ iżjed minn 21% fil-vetturi elettriċi.
Kien hemm ukoll kważi ħmistax fil-mija iżjed ta’ vetturi hybrid jiġifieri jaħdmu bl-elettriku u d-diesel u ftit aktar minn 12% iżjed fin-numru ta’ vetturi tat-tip hybrid li jaħdmu bl-elettriku u l-petrol.
Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, l-NSO nnota wkoll li l-vetturi reġistrati żdiedu b’1,876.
Dan meta mqabbel mal-aħħar kwart tas-sena l-oħra.
B’kollox f’Malta hawn iżjed minn 400,000 vettura li għaliha jitħallsu l-liċenzji.
Aktar minn tliet kwarti tal-vetturi huma karozzi tal-passiġġieri.
Kważi erbatax fil-mija tal-vetturi huma kummerċjali u 8.5% huma muturi fost oħrajn.
Bejn Jannar u Marzu li għadda, aktar minn minn 7,500 vettura tneħħew mit-toroq minħabba xi restrizzjoni.
30% ta’ dawn il-vetturi ġew skrepjati, aktar minn 33% minnhom ġew iggaraxxjati u 35% minnhom reġgħu ġew mibjugħa.