Fl-2015, in-nefqa għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħa mentali fil-komunita kienet ta’ €7,198,265.00. Dan ifisser żieda ta’ €1,109,312.00 metqa mqabbel ma’ dak li kien intnefaq fl-2012.
Dan irriżulta minn mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Claudette Buttigieg fejn saqsiet lill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne dwar in-nefqa għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità.
Sal-aħħar ta’ Lulju ta’ din is-sena n-nefqa kienet ta’ €4,199,037.00.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura uffiċjalment l-ewwel hostel fil-komunita għall-persuni nisa bi problemi ta’ saħħa mentali.
Dan il-hostel li jinsab f’Ħ’Attard, se jkun qed jospita għaxar residenti li għalkemm m’għandhomx bżonn ta’ kura mentali akuta, tilfu l-abbiltà li jgħixu waħidhom fil-komunità.