Is-sena d-dieħla ser tkun qed tingħata ġurnata leave oħra lill-ħaddiema. Dan sabiex tkompli tkun imwettqa il-wegħda elettorali li jingħataw lura f’leave il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa.
Għar-raba’ darba, festa pubblika oħra ser tingħata f’ġurnata oħra leave lill-ħaddiema wara li kienu ttieħdulhom fi żmien Gvern Nazzjonalista.
B’din il-ġurnata leave oħra, il-ħaddiema se jqattgħu iżjed ħin ta’ kwalità mal-għeżież tagħhom.