Madwar 30,000 anzjan u anzjana ta’ 75 sena li baqgħu jgħixu f’darhom se jerġgħu jirċievu għotja ta’ €300. Iżda dawk li laħqu l-età ta’ 80 sena u aktar mis-sena d-dieħla l-għotja se tiżdied b’€50 għal €350.
Minn din il-miżura ser igawdu madwar 18,000 anzjan u anzjana li jgħixu fil-komunità.
Se tkun qed issir ukoll għotja ta’ €300 lil persuni anzjani li minn buthom iħallsu biex jgħixu fid-djar residenzjali għall-anzjani.