Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li s-sena li għaddiet żdiedu kemm l-impjiegi full time kif ukoll part time.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li mir-rekords amministrattivi ta’ Jobsplus jirriżulta li bejn Diċembru tal-2016 u Diċembru li għadda, il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol żdiedu bi kważi ħamsa fil-mija u laħqu aktar minn mija u sebgħa u desgħin elf.
Iċ-ċifri juru li matul l-2017, kien hemm żieda ta’ 9,900 ħaddiem full time u tnaqqis ta’ 745 li kienu fuq il-kotba tal-qgħad.
Iċ-ċifrju juru li matul is-sena li għaddiet komplew jiżdiedu l-impjiegi fis-settur privat. Minn 8,506 imjiegi ġodda fl-2016, matul is-sena li għaddiet, l-impjieg mal-privat żdiedu bi 8,690 oħra waqt li l-impjieg mal-Gvern żdiedu b’1,210. Kien hemm ukoll żieda ta’ 783 persuna li bdew jaħdmu għal rashom.
L-istatistika dwar is-suq tax-xogħol turi ukoll li f’Diċembru li għadda kien hemm żieda ta’ aktar minn ħamsa fil-mija fl-impjiegi full-time.
Iċ-ċifri juru wkoll li kien hemm aktar minn 26,000 ħaiddiem ieħor li barra impjieg full time kellhom xogħol ieħor part time. 35 elf oħra kellhom impjieg meqjus bħaal part-time biss u li f’sena żdiedu bi tnejn punt sitta fil-mija.