L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li tul l-aħħar sena sa Novermbu, l-impjiegi full time fis-settur privat żdiedu b’9,053 u laħqu 149,302 ħaddiema.
Fl-istess perjodu, l-impjiegi mal-Gvern żdiedu b’995 u laħqu 46,222.
Mir-rekords amminsitrattivi ta’ Jobsplus joħroġ li bejn Novembru tal-2016 u Novembru tal-2017, l-impjiegi żdiedu b’11,220, fosthom 876 fil-persuna li jaħdmu għal rashom.
L-NSO qal li fuq medda ta’ sena sa Novembru kien hemm żieda ta’ ħamsa punt erbgħa fil-mija fl-impjiegi full time u żieda ta’ tlieta fil-mija oħra fl-impjiegi ta’ persuni li jaħdmu bħala part time.
Miċ-ċifri joħroġ li sa Novembru kien hemm 26,360 persuna li għandhom xogħol part time minbarra x-xogħol full time u aktar minn 35,500 persuna oħra li għandhom xogħol meqjus bħala part time biss.