Fis-sena skolastika 2021-2022, l-istudenti f’istituzzjonijiet Post-Sekondarji u Terzjarji żdiedu b’aktar minn 700 student meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Dan hekk kif it-total ta’ studenti kien ta’ aktar minn 28,000 student.
Minn dawn iċ-ċifri joħroġ li l-għadd ta’ studenti kien ta’ 9,610, waqt li dawk f’istituzzjonijiet terzjarji kien ta’ 19,035.
L-istudenti full-time fl-istituzzjonijiet terzjarji kienu jgħoddu għal 12,600, fejn ukoll ġiet irreġistrata żieda fl-istudenti fil-livelli ta’ Baċellerat, Masters u Dottorat.
Skont dawn iċ-ċifri, kien hemm total ta’ ftit iżjed minn 10,000 student f’livell ta’ Baċellerat, aktar minn 6,100 f’livell ta’ Masters u dawk f’livell ta’ Dottorat kienu jgħoddu għal ftit iżjed minn 650.
Fl-istess sena skolastika indikata l-aktar li kien hemm kienu studenti nisa, li laħħqu għal aktar minn 58%, waqt li l-maġġoranza fil-gruppi ta’ età f’dawn l-istituzzjonijiet edukattivi kienu dawk li għandhom bejn l-20 u d-29 sena.