Is-sena l-oħra, l-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-pannelli fotovoltajiċi żdiedet bi kważi sebgħa fil-mija, meta mqabbel ma’ sena qabel.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li s-sena l-oħra, l-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-pannelli fotovoltajiċi, fl-elfejn u tlieta u għoxrin hi ta’ kważi tliet mija u għaxar Gigawatt hours.
Minn din l-istatistika joħroġ li fil-gżejjer Maltin hawn b’kollox aktar minn tlieta u tletin elf u tmien mitt pannella.
F’sena, il-panelli fotovoltajiċi żdiedu bi kważi elf u erba’ mija.
L-istess ċifri juru kif kważi tmienja u għoxrin elf u disa’ mija huma panelli installati f’Malta, waqt li aktar minn erbat elef u disa’ mitt panella jinsabu f’Għawdex.
L-NSO qalet ukoll li d-distrett tat-Tramuntana tal-Port u d-distrett tal-Punent għandhom sebgħa u tletin fil-mija tal-panelli li hawn installati f’Malta u f’Għawdex.