F’Settembru tal-2022 dawk irreġistrati b’impjieg full time f’pajjiżna żdiedu b’6.4%.
Jixhdu dan, ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-NSO hekk kif intqal li anke dawk irreġistrati b’impjieg part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom żdiedu b’4.8%, meta mqabbel ma’ Settembru tal-2021.
Rigward l-impjiegi full-time bħalissa f’pajjiża, l-NSO qal kif il-provvista tax-xogħol żdiedet b’6.2% biex b’hekk laħqet il-257,479 impjieg. L-NSO attribwixxa dan għaż-żieda ta’ sena fuq sena fl-impjiegi rreġistrati bħala full-time u t-tnaqqis fil-qgħad.
L-NSO sostna kif f’Settembru tal-2022, l-oqsma tax-xogħol responsabbli għaż-żieda fl-impjiegi full-time kienu dawk amministrattivi, u tal-akkomodazzjoni u l-ikel. Intqal ukoll kif Ix-xogħol full-time fis-settur privat żdied bi ħmistax-il elf sitt mija u sitt persuni 15,606 għal totall ta’ mitejn 205,279 persuna. Ix-xogħol full-time fis-settur pubbliku naqas b’159 persuna għal 51,245 persuna.
Dawk irreġistrati b’impjieg full-time u li jaħdmu għal rashom wkoll żdiedu b’578 persuna meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Dan filwaqt li l-ħaddiema f’dan l-istess qasam żdiedu b’erbatax-il elf tmien mija disgħa u sittin persuna 14,869.
Minn naħa l-oħra l-oħra, dwar l-impjiegi fuq bażi part-time, l-NSO nnota żieda ta’ 7.4% meta mqabbel ma’ Settembru tal-2021. Is-setturi tax-xogħol li kkontribwixxew l-aktar għal din iż-żieda kienu dawk tas-servizzi professjonali, xjentifiċi u attivitajiet tekniċi flimkien mas-settur tat-trasportazzjoni u l-ħażna.
Il-persuni li jaħdmu xogħol full-time u li kellhom ukoll impjieg part-time jammontaw għal 38,104 persuni. Żieda ta’ kważi 10%.