F’Lulju li għadda, l-impjiegi full-time f’pajjiżna żdiedu b’6.1% meta mqabbel ma’ Lulju 2021.
Dan joħroġ minn ċifri provduti minn Jobsplus u ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Matul Lulju 2022 kienu l-attivitajiet tas-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel kif ukoll l-attivitajiet amministrattivi u ta’ servizzi ta’ appoġġ li kkontribwew l-aktar għaż-żieda fl-impjiegi, meta mqabbel ma’ Lulju 2021
L-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’14,401 għal 202,663. L-impjiegi full-time fis-settur pubbliku żdiedu b’146 biex laħqu l-51,333.
In-numru ta’ persuni li jaħdmu full-time għal rashom żdied b’587 meta mqabbel ma’ Lulju 2021, filwaqt li n-numru ta’ persuni reġistrati bħala impjegati żdied bi 13,960.
Impjieg full-time għall-irġiel u n-nisa żdiedu b’6.2 fil-mija u 5.9 fil-mija rispettivament fuq il-livelli tal-2021.