It-talbiet għas-servizzi ta’ saħħa mentali lill-Fondazzjoni Richmond splodew ’il fuq b’500% fi żmien il-pandemija.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet virtwali mill-istess Fondazzjoni hekk kif ħabbret t-tnedija ta’ kampanja ġbir ta’ fondi sabiex tkun tista’ ssostni s-servizzi tagħha.
Fil-fatt, fi preżentazzjoni, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Stefania Dimech Sant tenniet li qabel il-pandemija wieħed minn kull erba’ persuni jesperjenza problemi ta’ saħħa mentali tal-inqas darba f’ħajtu.
Minn naħa tagħha, il-Kap tal-Operat Daniela Calleja Bitar spjegat li qabel il-pandemija bejn 400 u 600 persuna fis-sena kienu jitolbu l-għajnuna lill-Fondazzjoni Richmond għal problemi ta’ saħħa mentali.
Madankollu dan in-numru spara ’l fuq fl-2020 għal 4500 talba u 7000 sa issa fl-2021.
Anke l-pjattaforma OLLI li nediet il-Fondazzjoni lura f’Mejju li għadda, u li permezz tagħha tkun tista’ titkellem b’messaġġi online mal-professjonisti li jagħtu servizzi ta’ saħħa mentali, rat żieda ta’ bejn 20% u 30% fl-użu